
Kategorija Ċ:
Rikonoxximent Tema Speċjali
Special Theme Recognition
Fi sforz biex ikun hemm attenzjoni speċjali fuq is-setturi differenti ta’ Malta, qed jiġi introdott Rikonoxximent ghal Tema Speċjali biex niċċelebraw is-setturi/niċeċ uniċi ta’ Malta. Dan għandu l-għan li jirrikonoxxi kontribuzzjonijiet eċċezzjonali li jippromwovu lil Malta permezz ta’ temi speċifiċi iżda sinifikanti. It-temi għall-edizzjonijiet li ġejjin jinkludu: Turiżmu Reliġjuż, Turiżmu tal-Films u Turiżmu Attiv.
Dawn it-temi annwali huma maħsuba biex jinkoraġġixxu inizjattivi kreattivi u emerġenti li jirriflettu l-identità rikka u b’ħafna sfumaturi ta’ Malta. Ser jiġi żvelat pjan tematiku ta’ tliet snin biex jispira parteċipazzjoni strateġika, jippromwovi innovazzjoni, u jiżgura kontenut frisk u varjat tul l-edizzjonijiet tal-premju.
Ir-Rikonixximent ta’ din l-edizzjoni, marbut ma’ inizjattivi ta’ Turiżmu Reliġjuż u tal-Fidi mwettqa fl-aħħar tliet snin (2024, 2025 u 2026), se jiġi ppreżentat fiċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni li jmiss.
Skadenza tan-Nominazzjonijiet:
-
Turiżmu Reliġjuż 31 ta' Jannar 2027
-
Turiżmu tal-Films 31 ta' Jannar 2028
-
Turiżmu Attiv 31 ta’ Jannar 2029
In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn:
-
Operaturi tat-Turiżmu Liċenzjati;
-
NGOs irreġistrati;
-
Entitajiet Pubbliċi; u
-
Organizzazzjonijiet oħra u/jew individwi li ma jkunux involuti f’xi attività kummerċjali relatata mat-tema.
Biex tippreżenta n-nominazzjoni tiegħek għar-Rikonoxximent Tema Speċjali, jekk jogħġbok uża l-Formola tan-Nomina li tinsab hawn taħt.
DATA TAL-GĦELUQ
GĦAN-NOMINI
31 ta' Jannar 2027
