top of page
Awards-banner-2025.jpg

Kategorija A:
Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli

Responsible Tourism Development Award

Il-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli twaqqaf biex jirrikonoxxi l-operaturi ewlenin li joffru prodott turistiku eċċellenti permezz ta’ investiment sinifikanti biex jiġi żgurat futur reżiljenti għall-industrija tat-turiżmu lokali. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tinkoraġġixxi inizjattivi ta’ investiment responsabbli li jindirizzaw l-għanijiet ewlenin skont l-Istrateġija Nazzjonali tat-Turiżmu 2021-2030: Diġitalizzazzjoni; Taħriġ u Titjib tal-Ħiliet fir-Riżorsi Umani; u Dekarbonizzazzjoni.

Responsible Tourism - Award Winners.jpg

Nominazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn negozju jew kumpanija eliġibbli f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Tagħlim tal-Lingwa Ingliża

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Ċentru ta’ Diving

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Trasport Domestiku (inkluż Art u Baħar)

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Attrazzjoni għall-Viżitaturi

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Servizzi tal-Ivvjaġġar u Turiżmu

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Stabbiliment tal-Ikel

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Akkomodazzjoni (<75 kamra tas-sodda)

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Akkomodazzjoni (>75 kamra tas-sodda) 

Is-sottomissjonijiet għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji segwenti:
(N.B. Agħfas fuq kull kriterja għal aktar informazzjoni)

 

  1. Turiżmu Intelligenti u Diġitalizzazzjoni;

  2. Taħriġ u Titjib tal-Ħiliet fir-Riżorsi Umani;

  3. Sostenibbiltà u Dekarbonizzazzjoni;

  4. Innovazzjoni u Tħejjija għall-Futur. 


Sottomissjonijiet li jissodisfaw diversi kriterji jingħataw klassifikazzjoni ogħla.
 

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni f’din l-Edizzjoni tal-Awards se tkun qed tkopri wkoll il-Preżenza Diġitali tal-operaturi turistiċi li se jissottomettu nominazzjoni għall-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni .  

Biex tippreżenta n-nominazzjoni tiegħek għall-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli, jekk jogħġbok uża l-Formola tan-Nomina li tinsab hawn.

​​Sottomissjonijiet għall-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli għandhom ikunu relatati ma’ investiment li jkun sar minn negozju jew kumpanija eliġibbli matul is-sena 2025. Għal dan il-premju l-applikant irid jindika jekk in-nomina tirrappreżentax l-istabbiliment tiegħu stess jew jekk tkunx f’isem konsorzju jew grupp ta’ kumpaniji. Kwalunkwe parti involuta trid tkun negozju jew kumpanija eliġibbli.

© 2022 - Malta Tourism Authority

MTA logo
  • X (formerly Twitter)
  • LinkedIn
  • Youtube
bottom of page