You need to enable JavaScript in order to use the AI chatbot tool powered by ChatBot
top of page
Awards-banner-2025.jpg

Rikonoxximent għall-Eċċellenza
It-Tielet Edizzjoni tal-Malta Tourism Awards

Il-Malta Tourism Awards jirrappreżentaw inizjattiva ewlenija fl-eċċellenza fit-turiżmu korporattiv, u jipprovdu opportunità biex jiġu esebiti u onorati fornituri tas-servizz tat-turiżmu lokali li huma eċċezzjonali. Dawn il-premjijiet għandhom l-għan li jippromwovu, jinkoraġġixxu u jippremjaw servizz ta’ kwalità għojla fl-industrija.

 

Huma jsaħħu wkoll il-viżibbiltà ta’ Malta bħala destinazzjoni ewlenija tat-turiżmu u jservu bħala pjattaforma biex jippromwovu tmexxija fis-settur tat-turiżmu lokali, filwaqt li joffru viżibbiltà ikbar għad-diversi opportunitajiet ta’ karrieri f’dan is-settur.

​

Finalment, il-premjijiet jaġixxu bħala katalist għall-innovazzjoni, jinkoraġġixxu tkabbir sostenibbli u responsabbli, u jagħtu ħajja ġdida tul il-katina tal-valur tat-turiżmu.

​​​​​​

​Kategorija A : Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli
​

Il-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli twaqqaf biex jirrikonoxxi l-partijiet interessati ewlenin li joffru prodott turistiku eċċellenti permezz ta’ investiment sinifikanti biex jiġi żgurat futur reżiljenti għall-industrija tat-turiżmu lokali. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tinkoraġġixxi inizjattivi ta’ investiment responsabbli li jindirizzaw l-għanijiet ewlenin skont l-Istrateġija Nazzjonali tat-Turiżmu 2021-2030: Diġitalizzazzjoni; Taħriġ u Titjib tal-Ħiliet fir-Riżorsi Umani; Dekarbonizzazzjoni u Innovazzjoni.

​

Hekk kif Malta qed tipprepara għall-fażi li jmiss tal-iżvilupp turistiku tagħha permezz tal-Istrateġija għat-Turiżmu ta’ Malta 2027–2035, bit-tema “Review, Reset, Realign”, il-Premjijiet jirriflettu din il-bidla strateġika. Filwaqt li fil-passat l-enfasi kien fuq l-irkupru issa huwa iktar fuq l-irfinar, l-allinjament strateġiku mill-ġdid u l-ħolqien ta’ impatt sostenibbli fit-tul. Din hija tranżizzjoni li tirrifletti l-maturità tas-settur, li qed jimxi mir-reżiljenza lejn tiġdid u innovazzjoni.

​

Nominazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn negozju jew kumpanija eliġibbli f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

​​

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Tagħlim tal-Lingwa Ingliża

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Ċentru ta’ Diving

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Trasport Domestiku (inkluż Art u Baħar)

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Attrazzjoni għall-Viżitaturi

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Servizzi tal-Ivvjaġġar u Turiżmu

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Stabbiliment tal-Ikel

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Akkomodazzjoni (<75 kamra tas-sodda)

  • Żvilupp tat-Turiżmu Responsabbli:    L-Aqwa Akkomodazzjoni (>75 kamra tas-sodda) 

​

Kriterji

Kull Kriterju huwa rifless permezz ta’ mistoqsija fil-formola tan-nomina li ġġorr punteġġ rispettiv. Għaldaqstant, sottomissjonijiet li jissodisfaw għadd ikbar ta’ kriterji mil-lista li ġejja jingħataw klassifikazzjoni ogħla:

​

(N.B. Ikklikkja fuq kull kriterju biex tara iktar dettalji)

​

  1. Turiżmu Intelligenti u Diġitalizzazzjoni; u/jew

  2. ​Taħriġ u Titjib tal-Ħiliet fir-Riżorsi Umani; u/jew

  3. Sostenibbiltà u Dekarbonizzazzjoni; u/jew​

  4. Innovazzjoni u Tħejjija għall-Futur.

 

​Barra minn hekk, l-evalwazzjoni ser tkopri wkoll il-Preżenza Diġitali tan-negozji eliġibbli li jissottomettu nominazzjonijiet fil-kategorija tal-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn hawn.  
​​

Biex tippreżenta n-nominazzjoni tiegħek għall-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli, jekk jogħġbok uża l-Formola tan-Nomina li tinsab hawn taħt.

​​

​​Sottomissjonijiet għall-Premju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Responsabbli għandhom ikunu relatati ma’ investiment li jkun sar minn negozju jew kumpanija eliġibbli matul is-sena 2026. Għal dan il-premju l-applikant irid jindika jekk in-nomina tirrappreżentax l-istabbiliment tiegħu stess jew jekk tkunx f’isem konsorzju jew grupp ta’ kumpaniji. Kwalunkwe parti involuta trid tkun negozju jew kumpanija eliġibbli.​​​​​​​

Awards-separator-1.jpg

​​​​​

Kategorija B : Premju tal-Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu
 

Il-Premju tal-Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu jirrikonoxxi ħaddiema li joffru servizz eċċezzjonali f’wieħed mill-oqsma ewlenin fl-industrija tat-turiżmu. In-nominazzjonijiet huma bbażati fuq is-servizz eċċezzjonali tal-ħaddiema li jmur lil hinn mill-obbligi tax-xogħol mistennija minnhom fil-post tax-xogħol tagħhom. Il-ħaddiem nominat irid ikun jaħdem f’negozju jew kumpanija eliġibbli u jkun wera l-attributi rilevanti matul is-sena 2026.

 

Nominazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn negozju jew kumpanija eliġibbli f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

​

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:  Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (Skejjel/Familji Ospitanti)

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:  Ċentru tad-Diving

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:  Trasport Domestiku (inkluż Art u Baħar)

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:  Attrazzjoni għall-Viżitatur

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:  Servizzi tal-Ivvjaġġar u Turiżmu (Aġenziji tal-Ivvjaġġar li jilqgħu turisti f’pajjiżna,
                                                       Destination Management Companies u Organizzaturi ta’ Eskursjonijiet) 

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:  Gwidi Turistiċi

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:   Stabbilimenti tal-Ikel

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:   Akkomodazzjoni (<75 kamra tas-sodda)

  • Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu:   Akkomodazzjoni (>75 kamra tas-sodda) 

​

​

Kriterji
 

Kull Kriterju huwa rifless permezz ta’ mistoqsija fil-formola tan-nomina li ġġorr punteġġ rispettiv. Għaldaqstant, sottomissjonijiet li jissodisfaw għadd ikbar ta’ kriterji mil-lista li ġejja jingħataw klassifikazzjoni ogħla:

​

1. Il-ħaddiem wera prestazzjoni eżemplari fl-operazzjonijiet ta’ kuljum fl-2026;

2. Il-ħaddiem wera ħiliet eċċezzjonali fis-servizz lill-klijenti, li marru lil hinn minn dak meħtieġ biex tiġi żgurata esperjenza pożittiva għat-turisti u l-viżitaturi fl-2026;

3. Il-ħaddiem wera kapaċità ta’ tmexxija, kreattività u xogħol f’tim fl-2026;

4. Il-ħaddiem wettaq azzjonijiet li jistħoqqilhom apprezzament, li marru lil hinn mill-obbligi tax-xogħol, kemm fil-post tax-xogħol kif ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet esterni bħal parteċipazzjoni f’programmi ta’ CSR, xogħol volontarju ma’ NGOs irreġistrati, jew inizjattivi oħra notevoli fl-2026. 

​

Biex tippreżenta n-nominazzjoni tiegħek għall-Premju tal-Ħaddiem tat-Turiżmu tas-Sena, jekk jogħġbok uża l-Formola tan-Nomina li tinsab hawn taħt.

​

Is-sottomissjoni għall-Premju tal-Ħaddiem tat-Turiżmu tas-Sena trid tkun relatata mal-prestazzjoni ta’ impjegat matul is-sena 2026 f’negozju jew kumpanija eliġibbli. Din in-nomina għandha tiġi sottomessa mill-management tan-negozju jew tal-kumpanija fejn il-persuna nominata hija impjegata. Negozju jew kumpanija jistgħu jinnominaw biss ħaddiem wieħed biex jirrappreżenta l-operazzjoni liċenzjata tagħhom. Għal negozji żgħar ħafna, bosta drabi ġestiti minn persuna waħda jew minn numru żgħir ta’ individwi, is-sidien jistgħu jinnominaw lilhom infushom għall-Premju tal-Ħaddiem tat-Turiżmu tas-Sena. Minbarra li jinnomina impjegat mit-tim tiegħu stess, operatur tat-turiżmu u tal-ivvjaġġar jista’ wkoll jissottometti nominazzjonijiet oħra għal gwida turistiku wieħed u/jew operatur tat-trasport domestiku wieħed, li magħhom jikkollabora fil-kors tan-negozju tiegħu.

​

N.B. Għandha tapplika restrizzjoni ta’ sentejn għar-rebbieħa tal-Premju tal-Ħaddiem tat-Turiżmu tas-Sena; għalhekk, l-istess individwu ma jistax jerġa’ jiġi nnominat matul dan il-perijodu.

 

Biex tippreżenta n-nominazzjoni tiegħek għall-Premju tal-Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu, jekk jogħġbok uża l-Formola tan-Nomina li tinsab  hawn taħt.

​

​​​Is-sottomissjoni għall-Premju tal-Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu trid tkun relatata mal-prestazzjoni ta’ impjegat matul is-sena 2026 f’negozju jew kumpanija eliġibbli. Din in-nomina għandha tiġi sottomessa mill-management tan-negozju jew tal-kumpanija fejn il-persuna nominata hija impjegata. Negozju jew kumpanija jistgħu jinnominaw biss ħaddiem wieħed biex jirrappreżenta l-operazzjoni liċenzjata tagħhom. Għal negozji żgħar ħafna, bosta drabi ġestiti minn persuna waħda jew minn numru żgħir ta’ individwi, is-sidien jistgħu jinnominaw lilhom infushom għall-Premju tal-Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu.​​

​

Awards-separator-1.jpg

​Kategorija Ċ : Rikonoxximent Tema Speċjali
 

Fi sforz biex ikun hemm attenzjoni speċjali fis-setturi differenti ta’ Malta, ir-Rikonoxximent ta’ Tema Speċjali jiċċelebra s-setturi/niċeċ uniċi ta’ Malta. Dan il-premju għandu l-għan li jirrikonoxxi kontribuzzjonijiet eċċezzjonali li jippromwovu lil Malta permezz ta’ temi speċifiċi iżda sinifikanti. It-temi għall-edizzjonijiet li ġejjin jinkludu: Turiżmu Reliġjuż u tal-Fidi, Turiżmu tal-Films (Screen Tourism), Turiżmu Attiv.

 

Dawn it-temi annwali huma maħsuba biex jinkoraġġixxu inizjattivi kreattivi u emerġenti li jirriflettu l-identità rikka u b’ħafna sfumaturi ta’ Malta. Ser jiġi żvelat pjan tematiku ta’ tliet snin biex jispira parteċipazzjoni strateġika, jippromwovi innovazzjoni, u jiżgura kontenut frisk u varjat tul l-edizzjonijiet tal-premju.

 

Ir-Rikonixximent ta’ din l-edizzjoni, marbut ma’ inizjattivi ta’ Turiżmu Reliġjuż u tal-Fidi mwettqa fl-aħħar tliet snin (2024, 2025 u 2026), se jiġi ppreżentat fiċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni li jmiss.

​

Skadenza tan-Nominazzjonijiet:

  • Turiżmu Reliġjuż                          31 ta' Jannar 2027

  • Turiżmu tal-Films                        31 ta' Jannar 2028

  • Turiżmu Attiv                                31 ta’ Jannar 2029

 

In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn:

 

  • Operaturi tat-Turiżmu Liċenzjati;

  • NGOs irreġistrati;

  • Entitajiet Pubbliċi; u

  • Organizzazzjonijiet oħra u/jew individwi li ma jkunux involuti f’xi attività kummerċjali relatata mat-tema.

​

Biex tippreżenta n-nominazzjoni tiegħek għar-Rikonoxximent Tema Speċjali, jekk jogħġbok uża l-Formola tan-Nomina li tinsab hawn taħt.

Awards-separator-1.jpg

​Kategorija D : Rikonoxximent tal-Gozo Tourism Awards

​

Dan ir-rikonoxximent huwa ddedikat esklussivament lir-rebbieħa tal-Gozo Tourism Awards 2026 li se jiġu mħabbra fi Frar 2027. Ir-rebbieħa jingħataw Ċertifikat ta’ Rikonoxximent waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni tal-Malta Tourism Awards.

​

DATA TAL-GĦELUQ
GĦAN-NOMINI
31 ta' Jannar 2027

Ir-rebbieħa tal-kategoriji jitħabbru waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni skedata għall-11 ta’ Mejju 2027. Kull rebbieħ jirċievi trofew bħala rikonoxximent għall-kisba tiegħu. Il-preżentazzjoni tal-Malta Tourism Awards sservi bħala ċertifikat presiġjuż ta’ eċċellenza, tenfasizza l-impenn għal servizz ta’ kwalità eċċezzjonali u ssaħħaħ ir-reputazzjoni tagħhom fis-settur tat-turiżmu.

 

KUNTATT

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattja:  

 

Suzanne Brincat Dimech                              Philippa Licari

Kap tad-Diviżjoni                   Uffiċjal Eżekuttiv Industry HR

 

EU Matters/Funding & Industry HR

AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU

tourismawards@mtobservatory.org

+356 2291 5728/5233

LogoINSTO_Reversed_2024.png
MTA logo copy.png

© 2022 - MTA

  • X (formerly Twitter)
  • LinkedIn
  • Youtube
bottom of page